Tagħrif ġenerali
- Ir-rwol tiegħu: Il-KESD huwa l-fornitur ewlieni tal-UE għat-taħriġ u l-edukazzjoni dwar il-PSDK fil-kuntest usa’ tal-PESK
- Id-Direttur (Kap): Holger Osterrieder, l-Aġent Kap: Fergal Ó Regan
- Is-sena meta twaqqaf: 2005
- Kemm għandu impjegati: 29
- Fejn huwa bbażat: Brussell, il-Belġju
- Is-sit elettroniku tiegħu: ESDC
X’jagħmel
Il-KESD jappoġġa l-isforzi tal-UE biex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà billi jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-PSDK fil-kuntest usa’ tal-PESK. Dan jiżgura li l-persunal ikun imħejji sew biex jaffronta l-isfidi tas-sigurtà attwali u futuri tal-UE filwaqt li jsaħħaħ il-kultura komuni Ewropea tas-sigurtà u d-difiża.
Filwaqt li jiffunzjona bħala network, il-KESD jgħaqqad l-istituti ta’ taħriġ u edukazzjoni ċivili u militari li jaħdmu fuq is-sigurtà u d-difiża. Dan jippermetti l-ġbir flimkien u l-kondiviżjoni tar-riżorsi, jippromwovi l-aħjar prattiki, u jiżgura l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi filwaqt li jipprovdi taħriġ ta’ kwalità għolja. Jaġixxi wkoll bħala għodda diplomatika, li tikkoopera ma’ sħab tal-istess fehma.
Min jibbenefika
Mit-tmexxija u l-ġestjoni tal-kriżijiet għaċ-ċibersigurtà, il-KESD joffri firxa wiesgħa ta’ korsijiet għall-persunal tal-Unjoni, kif ukoll għall-persunal ċivili, diplomatiku, tal-pulizija, u militari tal-Istati Membri, li lkoll kemm huma jaħdmu għal futur aktar paċifiku u sigur.
B’enfasi speċjali fuq il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, il-KESD jipprovdi taħriġ fil-fażijiet kollha tal-inkarigi tal-persunal, inkluż taħriġ ta’ qabel l-iskjerament u waqt il-missjoni. Kull sena, jiġu mħarrġin aktar minn 4,500 membru tal-persunal. Barra minn hekk, il-KESD jikkoordina l-programm “Erasmus Militari”, li jiffaċilita l-iskambju ta’ aktar minn 4,000 kadett kull sena.
Kuntatt
Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
- Isem
- Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
- Sit web
- https://esdc.europa.eu
- Indirizz postali
Rue d’Arlon 62
1046 Brussell
Belgium- Media soċjali